“L-aktar ħaġa importanti hi li l-Gvern ikkonferma s-sussidji b’rabta mal-qamħ, il-fjuwils u l-elettriku.”
Dan kien kliem il-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela, b’rabta mal-baġit għas-għall-2024.
Abela qal li dan is-sussidju joffri stabbilità, hekk kif li kieku ma kinux dawn is-sussidji, l-ekonomija f’pajjiżna kienet tkun differenti ħafna, għax dan is-sussidju huwa neċessarju biex l-ekonomija tkompli tikber.
Stqarr li l-flus li qed jiffrankaw in-negozji, partikolarment dawk żgħar u medji, qed jgħinuhom sabiex jimirħu u jkabbru n-negozji tagħhom, u b’hekk ikomplu jikkontribwixxu fl-ekonomija Maltija.
Huwa nnota kif il-Gvern ikkommetta ruħu li jibqa’ jagħti dan is-sussidju, sakemm ikun hemm bżonn.
Huwa qal li l-Gvern żied fuq il-baġit tas-sena l-oħra, sabiex in-nies ma jmorrux lura.
Il-Kamra laqgħet il-miżuri ppreżentati f’dan il-baġit, fid-dawl tal-fatt li n-negozji żgħar u medji jeħtieġu kull għajnuna sabiex jikbru.
Elenka dan mal-fatt li għalih il-mudell one-size-fits all, mhuwiex effettiv, u għalhekk appellaw għal aktar inċentivi biex ikomplu jkabbru dawn it-tip ta’ negozji.