L-attriċi Amerikana Jennifer Lawrence kellha titlob apoloġija mill-aktar stramba.
Meta kienet intervistata waqt il-Graham Norton Show tal-BBC, fettillha tirrakkonta dwar xena ta’ filming għas-serje The Hunger Games, li nġibdet fil-Hawaii, f’post meqjus sagru.
Irrakkontat ukoll li kienet konxja li mhux suppost tpoġġi fuq il-ġebel sagru ta’ dan il-post, għaliex tkun qed tesponih għal ċertu partijiet tal-ġisem.
Iżda qalet li għal parti twila tal-filming kellha tilbes wetsuit, li kkaġunat ħafna ħakk. Fi kliemha stess, għax traduzzjoni tinstema’ xi ftit stramba:
“I, however, was in a wetsuit for this whole shoot so – oh my God, they were so good for butt-itching. One rock that I was butt-scratching on ended up coming loose.”
Il-poplu tal-Hawaii irrabja tant li tgħidx kemm ċemplu lill-BBC jitlbuha titlob skuża. U hekk kellha tagħmel.