It-Tabib tal-emerġenza Dr. Michael Spiteri irringrazzja pubblikament lill-professjonisti kollha fid-dipartiment tal-emerġenza fl-isptar Mater Dei li matul l-24 siegħa li għaddew ħadmu b’mod professjonali f’dak li qed jitqies bħala wieħed mill-iktar jiem ta’ sfidi f’dawn l-aħħar xhur.
Dr. Spiteri permezz ta’ post fuq facebook irringrazzja wkoll lill-pazjenti kollha li fehmu u raw b’għajnejhom il-ħidma li kienet għaddejja filwaqt li tawhom sapport, fehma u inkoraġġiment biex l-istaff jagħmel ħidmietu fl-aħjar mod possibbli.
Kompla wkoll billi skuża ruħu jekk kien hemm xi nuqqas li ma sarx bi skop. Mumenti bħal dawn isostnu l-kburija ta’ persuni li jaħdmu qatiegħ biex il-pazjenti jkollhom l-aħjar servizz possibbli. Dr. Spiteri fakkar ukoll fin-numru tal-emerġenza 112 u li dan għandu jintuża b’kawtela.
Yesterday the #Casualty Dept at Mater Dei had one of its busiest days yet. Massive thanks to our staff for again rising to the occasion. Having doubled the space & staff at A&E over these last few years, we will once more increase capacity in time for next year’s #flu season
— Chris Fearne (@chrisfearne) March 5, 2019