“Il-fatti huma li l-akkuzzi fil-konfront tal-ewro parlamentari nazzjonalista David Casa, li uza fondi ewropej b’mod ħazin u jagħmel użu eċċessiv mid-droga għadhom hemm u qegħdin jiġu investigati mill-OLAF u l-Avukat Ġenerali. Huwa fl-interess tagħna li nkunu nafu l-verita.”
Hekk iddikjara l-editur Maniġerjali Saviour Balzan għall-artiklu li deher fuq it-Times of Malta li huwa għen lill-Whistleblower li serva ta’ eks impjegat ta’ David Casa għal snin twal.
B’affidavit ġuramentat il-whistleblower tkellem dwar kif David Casa kien jagħmel uzu eċċessiv mid-droga kokaina.
Imbgħad ta dettalji dwar kif Casa allegatament kien iżid bil-kbir is-salarju tiegħu biex imbagħad parti minnha ma joħodhiex il-ħaddiem, iżda tmur għal użu ieħor. Saħansitra fuq il-karta l-ħaddiema tiegħu kienu jitħallsu iktar minnu.
Kazijiet li wasslu sabiex l-aġenzija ta’ kontra l-frodi tal-Unjoni Ewropea, l-OLAF, jibda investigazzjoni preliminari fuq David Casa.
Saviour Balzan qal li kull ġurnalist suppost jaf li huwa fl-interess ta’ kull ġurnalist li jipproteġi l-oriġini tal-istorja iġifieri, il-whistleblower.
Aktar minhekk, Saviour Balzan innota l-ipokresija tat-Times of Malta li f’ċerti kazijiet ġurnalisti kienu jaġixxu differenti u saħansittra kienu jitkellmu dwar l-importanza li jipproteġi l-whistleblower.
Quddiem dawn l-istejjer zvelati u fid-dawl li David Casa issa qiegħed taħt investigazzjoni mill-OLAF, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qiegħed jiqba b’fommu mitbuq.