L-akkużat emmen li ma kienx hemm alternattiva għal dak li għamel.
Kien dan il-kliem tal-Konsulent Psikjatra Joe Cassar, hekk kif matul il-jum tal-Erbgħa kompla l-ġurin ta’ Kevin Micallef, li jinsab mixli li f’Lulju tal-2018 qatel lil ommu, Antonia Micallef, u lil zitu, Maria Carmel Fenech.
Il-psikjatra xehed li kien imqabbad bħala espert tal-Qorti biex jeżamina lill-akkużat. Qal li, meta eżaminah, ikkonkluda li kien qed isofri minn diżordni psikotika.
Qal ukoll li Micallef m’għandux għarfien ta dak li għamel minħabba l-kundizzjoni tiegħu, il-Huntington disease, li taffettwa n-nervituri kollha u li jista’ jkollok kull forma ta’ mard mentali minħabba fiha.
Fil-kontroeżami, il-Konsulent qal li l-akkużat kien jaf x’reati kien wettaq u qal li dak li għamel kien ħażin iżda għamlu għax kellu delużjoni, jiġifieri kien konvint li ommu u zitu kienu qed jikkonfoffaw kontrih biex joqtluh.
Il-Psikjatra spjega li l-marda għadha hemm. It-trattament qed jgħinu, iżda post l-akkużat huwa fl-Isptar Monte Carmeli.
Xehdet ukoll il-Psikjatra Maria Axiaq, li eżaminat lil Kevin Micallef. Hija qalet li sa Novembru 2019 kien taħt il-kura tagħha u kien ċar li kien ibati minn psikożi b’sintomi li juru li jkun maqtugħ mir-realtà.
Xehed ukoll Dr Malcom Vella, Consultant neurologist u speċjalista tan-nervituri, li spjega li missier u ħu l-akkużat kellhom l-istess kundizzjoni u mietu ta’ età żgħira.
Xehed ukoll it-tabib Mario Scerri, li qal li lil Micallef kien sarlu test ta’ demm u tal-awrina biex ikun magħruf jekk kienx taħt l-effett ta’ xi sustanza. Qal li mar bit-testijiet l-Ingilterra u ma nstab assolutament xejn fid-demm tiegħu.
Intant, l-avukat difensur wieġeb għal dak li qalet il-Prosekuzzjoni t-Tlieta, u appella lill-ġurati biex jwarrbu l-opinjoni li kellhom qabel daħlu fl-awla. Fakkarhom li llum semgħu lix-xhieda kollha jgħidu li l-akkużat kien fi stat ta’ ġenn.
Fuq il-pedana tax-xhieda telgħet ukoll Karen Camilleri, li tiġi oħt l-akkużat. Hija qalet li rat bidla meta ġara dan l-inċident u xehdet li hi ma tafuhx hekk lil Kevin. Qalet ukoll li tmur tarah kull jum, u ħafritlu għal dak li għamel għax, fi kliemha, il-Huntington ġabitu hekk.
Fi tmiem is-seduta, il-Prosekuzzjoni spjegat li f’dan il-każ huwa ċar li l-akkużat kellu motiv li fforma l-intenzjoni li joqtol lil ommu u lil zitu. Temmet tgħid li l-mod ta kif ta d-daqqiet juri l-intenzjoni li kellu.
Xehdet ukoll il-Psikjatra Dr Maria Axiaq, li eżaminat lil Kevin Micallef. Hija qalet li sa Novembru 2019 kien taħt il-kura tagħha u kien ċar li kien ibati minn psikożi b’sintomi li juru li jkun maqtugħ mir-realtà.
Dr Axiaq spjegat li, maż-żmien, l-akkużat beda jirrealizza ftit ftit dak li kien għamel, tant li bdew ħerġin sintomi ta’ dwejjaq u ta’ trawma. Kawża ta’ hekk, Micallef lanqas kien jorqod. Dr Axiaq spjegat li, meta bagħtitu biex jagħmel it-testijiet, ġie kkonfermat li jbati bil-Hungtington, marda kerha u li m’hemmx kura għaliha.
Dalgħodu xehed ukoll Dr Malcom Vella, Consultant neurologist u speċjalista tan-nervituri, li spjega li missier u ħu l-akkużat kellhom l-istess kundizzjoni u mietu ta’ età żgħira.
Xehed ukoll it-tabib Mario Scerri, li qal li lil Micallef kien sarlu test ta’ demm u tal-awrina biex ikun magħruf jekk kienx taħt l-effett ta’ xi sustanza. Qal li mar bit-testijiet l-Ingilterra u ma nstab assolutament xejn fid-demm tiegħu.
Intant, l-avukat difensur wieġeb għal dak li qalet il-Prosekuzzjoni t-Tlieta, u appella lill-ġurati biex jwarrbu l-opinjoni li kellhom qabel daħlu fl-awla. Fakkarhom li llum semgħu lix-xhieda kollha jgħidu li l-akkużat kien fi stat ta’ ġenn.
Il-ġurin mistenni jkompli aktar tard wara nofsinhar, meta se tixhed oħt l-akkużat.