Studju kkummissjonat mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin wera li l-akkomodazzjoni f’pajjiżna qed issir iktar affordabbli milli kienet fis-snin passati.
L-istudju, li ġew inkarigati minnu d-ditta indipendenti KPMG, u li sar bil-għan li jistudja fid-dettall is-suq tal-proprjetà u tal-kostruzzjoni f’pajjiżna, ġie ppreżentat lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.
Mark Brambler, wieħed mill-persuni li ħadem fuq l-istħarriġ, qal li mill-analiżi li għamlu ma sabu ebda fatturi li jindikaw li teżisti xi buzzieqa fis-suq tal-proprjetà. Sostna li l-postijiet vojta jew dawk għall-kiri qed jinbiegħu u jitilqu malajr.
Żied jgħid li minkejja li s-settur tal-kostruzzjoni ta’ spiss jiġi kkritikat, dan jikkontribwixxi
L-istħarriġ wera wkoll li tnejn u għoxrin fil-mija tal-ħaddiema Maltin jaħdmu direttament jew indirettament fis-settur tal-kostruzzjoni.
Il-President tal-Assocjazzjoni, Sandro Chetchuti, qal li studju bħal dan huwa importanti, biex l-assocajzzjoni tagħmel argumenti mibnijin fuq il-fatti.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu studju importanti ferm, u li permezz tiegħu, il-Gvern se jkollu l-lussu li jieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq fatti, iktar milli fuq l-istint.
Hu laqa’ r-riżultat tal-istħarriġ, fejn qal li dak li ilu jgħid il-Gvern, issa ġie ttestjat u ppruvat mill-KPMG. Saħaq li waqt li rridu nibqgħu mexjin maż-żminijet, ma jistax ikun li jitħalla kollox liberu fejn kulħadd jagħmel li jrid, u fil-baġit li ġej se jkunu qed jinfetħu diskussjonijiet dwar għadd ta’ fatturi, fosthom il-kera.
Waqt li jifhem li s-suq huwa ħieles, sejjaħ bħala inaċċettabbli l-fatt li jkun hawn min jirdoppja l-kera mil-lum għal għada, u din se tkun waħda mill-affarjiet trid tiġi riżolta.