L-akkademiku Ingliż Matthew Hedges, li ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs għal spjunaġġ fuq l-Emirati Għarab Magħquda, kien skużat mill-Istat u se jinħeles mill-akkużi miġjuba kontrih. Dan kien ikkonfermat waqt konferenza tal-aħbarijiet it-Tnejn filgħodu f’Abu Dhabi.
Fl-aħħar jiem, is-Segretarju għall-Affarjiet Barranin Ingliż, Jeremy Hunt, kellem lill-kollega tiegħu fil-UAE dwar il-każ, li kelliem għall-Ministeru fl-Ingilterra ddeskriva bħala konverżazzjoni kostruttiva.
Il-qraba ta’ Hedges infexxew f’kampanja favur li dan jinħeles, kampanja li wasslet anke f’pajjiżna. Hedges kien ilu jinżamm mill-awtoritajiet Għarab minn Mejju li għadda, wara li qam suspett li dan kien qed jispijja fuq l-istat waqt li suppost kien qed jagħmel riċerka għad-Dottorat tiegħu.