Malta kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fl-industrija tal-muniti diġitali bl-akbar borża ta’ skambju fid-dinja tħabbar li se tirriloka f’Malta u mistennija timpjega mal-mitejn ruħ.
L-aħbar ingħatat mill fundatur u l-kap eżekuttiv ta’ Binance Zhao Changpend f’intervista mas-sit Blooberg.
Il-kap eżekuttiv qal li d-deċiżjoni tal-kumpanija li tinvesti f’Malta ttieħdet wara li evalwat bosta pajjiżi. Qal li Malta qed taħdem fuq leġislazzjoni favur is-settur tal-blockchain, jiġifieri it-tekonoloġija ewlenija li biha titħaddem il-munita diġitali u toffri stabbilità għall-kumpaniji li joperaw fil-qasam permezz ta’ qafas regolatorju.Il-kap eżekuttiv fisser lil Malta bħala pajjiż progressiv ħafna fil-qasam tal-crypto currencty u fintech u qal li l-kumpanija kienet qed tfittex bażi permanenti wara li l-aġenzija tas-servizzi finanzjarji tal-Ġappun ħarġitilha twissija għax kienet qed topera mingħajr approvazzjoni.
Qal li Binance kienet impressjonata bil-viżjoni loġika u ċara ta’ Malta u qal li wara li raw l-abbozz ta’ liġi li ressaq il-gvern biex jirregola dan is-settur, jinsabu konvinti li Malta se tkun fiċ-ċentru ta’ dan il-qasam għall-kumpaniji tal-blockchain.
Żied li l-Borża tinsab kommessa li tgħin fil-ħolqien ta’ qafas regolatorju b’saħħtu kif ukoll tipprovdi għajnuna finanzjarji lil kumpaniji li għadhom jibdew f’dan il-qasam biex ikabbru din l-industrija f’Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser dan bħala żvilupp importanti ħafna.
Dr Muscat żied jgħid li din il-kumpanij mistenna tħaddem madwar mitejn ruħ.
Is-Segretarju Parlamentari qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbru aktar aħbarijiet pożittivi f’dan il-qasam hekk kif Malta se tkun waħda mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li tintroduċi din il-leġislazzjoni.
Schembri qal li “Din mhux l-ewwel u l-aħħar aħbar. Aħna għaddejjin b’laqgħat u negozjati ma’ kumpaniji ħafna kbar u tal-istess livell biex naraw kif huma wkoll joperaw minn hawn Malta u eventwlament allura kif ħabbret il-kumpanijia Binance, fil-jiem li ġejjin se nniedu l-qafas legali li se nressqu quddiem il-Parlament eventwalment jibda l-proċess ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni tal-istess kumpaniji biex ikunu jistgħu joperaw minn hawn Malta.”