Il-Ħamis filgħodu ġie mniedi s-sitt Valletta Green Festival f’Misraħ San Ġorġ bl-akbar infjorata li qatt saret tul dawn is-snin.
It-tnedija saret mill-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera u l-Minsitru għall-Kultura Owen Bonnici fil-preżenza taċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef. L-infjorata fi Pjazza San Ġorġ għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-plastik li jispiċċa fl-ibħra.
Filfatt nofs l-infjorata tissimbolizza l-baħar u n-nofs l-ieħor l-art, bejn dawn iż-żewġ elementi hemm diversi fliexken tal-plastik. Dan sabiex wieħed ikun jista’ joħroġ id-differenza bejn is-sbuħija tal-pjanti u l-kruha tal-iskart.
F’żewġ irkejjen ta’ din l-infjorata hemm żewġ siġriet taż-żebbuġ li ghandhom ‘l fuq minn 400 sena u li ġew importati mill-Italja. L-infjorata flimkien ma’ diversi stands ta’ għarfien dwar l-ambjent għandhom hemm sa Jum l-Omm iċċelebrat il-Ħadd li ġej.