Skont iz-zokk il-fergħa jgħidu. Hekk hu. Simon Busuttil, uffiċjalment l-akbar giddieb fl-istorja ta’ Malta, titlu li jixraqlu mill-bidu sal-aħħar, huwa mdawwar min-naħa l-oħra, bl-aktar nies ipokriti fl-istorja.
Ngħiduha kif inhi, irid ikun hemm element ta’ ipokrezija qawwi biex fl-istess ħin li twaddab it-tajn u l-ġebel lejn ħaddieħor fuq fake news, ma titkellimx fuq fatti veri u ċari li jikkonċernaw lil dawk ta’ madwarek.
Per eżempju hija tad-daħk li kieku mhux tal-biki li Beppe Fenech Adami minn tant nies u Deputati, ikun hu li jitkellem meta kien Direttur ta’ kumpanija li hija investigata f’ċirku ta’ ħasil ta’ flus u drogi. Trid tkun wiċċek u l-għatba tal-Qorti l-istess ukoll biex titkellem fuq kontijiet, meta b’mod maġiku u mingħajr spjegazzjoni ta’ xejn, il-kont bankarju tiegħu jisplodi b’€400,000.
Forsi hawn għandna ċ-ċirkostanza tal-miraklu tal-ħobż u l-ħut.
Ipokritika ieħor bix-xniexel huwa Jason Azzopardi. Sa ftit jiem ilu kien qed jitkellem fuq il-liġi l-ġdida tal-istampa meta huwa rraporta ġurnalista lill-pulizija għax kienet qed tagħmel xogħolha, iżda aktar minn hekk, l-istess persuna li ma jfalliex okkazjoni waħda biex jidher quddiem kamera jitkellem u jwaddab it-tajn lejn ħaddieħor għandu taħt abtu l-iskandlu tal-Lowenbrau fejn intervjena direttatament hu, l-iskandlu tal-art tal-Fekruna u l-iskandlu tal-encroachmentsfid-distrett qabel l-aħħar elezzjoni.
Ieħor minn dawn huwa Toni Bezzina. Kemm għajjat mal-Kap tal-Oppożizzjoni li ODZ is ODZ imma fl-istess ħin kien qed jara minn fejn se jgħaddi l-gaffef u l-inġenji biex jibni Villa taħt l-Imdina, m’għandiex xi ngħidu moqdi b’kollox. Li kieku mhux inqabad u ġietu ħazina, kien jieħu lil xi ħadd mil-lant tax-xogħol ukoll bħal m’għamel għal każin tal-PN fiż-Żurrieq.
Nisgħu nsemmu aktar, il-kelliem tal-Affarjiet Barranin Tonio Fenech investigat barra minn pajjiżna fuq abbużi f’fond tal-Pensjonijiet fl-Isvezja, dak li qal li qatt ma ltaqa’ ma’ George Farrugia, Claudio Grech issa joħroġ bl-aktar mod ċar li gideb għax filfatt kien hemm laqgħat, Chris Said u l-Ganga Styles fin-Nadur, fejn kollox idur mal-familja tiegħu u l-ko-ċittadina fin-Nadur li ataparsi m’għadhiex fil-PN imma Simon Busuttil tgħidx kemm qed jaqbeż għaliha. Fuq Giovanna naħseb nistgħu naqilgħu xi kantun minn xi kantina bħala prova.
Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed fl-elementi u l-post naturali tiegħu, qalb l-aktar politiċi ipokriti fl-istorja fejn ma jarawx il-kantun f’għajnejhom (mhux ta’ Giovanna) u jaraw ta’ ħaddieħor.