Dgħajjef, negattiv, isteriku u distruttiv. Karatteristiċi sinonimi mal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil. Elementi li spikkaw matul din il-kampanja diviżiva li mexxa Busuttil u l-klikka tal-ħażen ta’ madwaru. Klikka li fiċ-ċentru tagħha hemm il-ħabi, l-gideb u t-tixrid tal-mibgħeda.
Minkejja l-fatt li din kienet l-iqsar kampanja elettorali possibbli, fl-aħħar erba’ ġimgħat, Busuttil irnexxielu jwaqqa’ l-maskra qarrieqa tiegħu biżżejjed biex ħarġu l-vera kuluri klassisti tiegħu. Kuluri ta’ mexxej b’kilba għamja għall-poter li qed jibża’ fid-destin li jitneżżel fl-istorja bħala l-agħar mexxej fl-istorja politika Maltija.
Minn xelta sħiħa, it-tim ta’ One News għażel l-akbar għazar żelqiet ta’ Simon Busuttil f’din il-kampanja elettorali; iż-żelqa fil-Qorti, iż-żelqa fil-kalkoli, iż-żelqa tal-wegħdi mwettqa, iż-żelqa fil-Kottonera, iż-żelqa fl-Università, iż-żelqa tal-Koalizzjoni tal-konfużjoni, iż-żelqa u gidba tal-kaċċa, iż-żelqa tal-magna Ferrari (BWSC), iż-żelqa tal-€10,000 u iż-żelqa tal-ħruq ta’ Sant’Antnin.
Ara hawn isfel l-akbar għaxar żelqiet.