Il-Kunsill Lokali tax-Xewkija, flimkien mad-Direttorat għall-Wirt Kulturali u l-Ministeru Għal Għawdex u l-Ippjanar organizzat l-akbar defilè biż-żwiemel fix-Xewkija.
Fil-fatt, għal dan id-defilè attendew għadd kbir ta’sidien taż-żwiemel minn diversi lokalitajiet, b’total ta’ 79 żiemel, biex flimkien ġie mwaqqaf rekord nazzjonali għall-akbar wirja taż-żwiemel li ġiet organizzata f’pajjiżna.
Id-defilè beda minn ħdejn l-kappella tal-Madonna tal-Ħniena, tul Triq San Bert sal-Pjazza San Ġwann Battista.
Biex hemm imbagħad is-Sindku tax-Xewkija Simona Refalo ġiet ppreżentata b’ċertifikat ta’ Rekord Nazzjonali.