• Se jtajjar il-bandiera Maltija
MSC CRUISES ħabbru li l-akbar u l-aktar cruise liner lussuż tagħhom se jġib f’Malta aktar minn 150,000 passiġġier f’uq medda ta’ 27 ġimgħa bejn Ġunju-Novembru 2017.
MSC MERAVIGLIA għandu 167,000 tunnellata u jġorr 5,700 passiġġier, ikun varat fl-4 ta’ Ġunju u jibda jsalpa mal-Mediterran minn Malta. MSC MERAVIGLIA se jagħti l-opportunita’ lil 170 passiġġier minn Malta u Għawdex biex kull ġimgħa isalpaw madwar il-Mediterran fuq dan l-akbar cruise liner Ewropew li se jkun daħal fil-Port il-Kbir.
MSC MERAVIGLIA se jkun l-ewwel cruise liner tal-MSC li jtajjar il-bandiera Maltija. MSC CRUISES iddeċidew li jibdew jirreġistraw f’Malta il-cruise liners ġodda tagħhom. MSC MERAVIGLIA se jkun l-ewwel minn ħames super cruiseliners ġodda li se jvaraw sas-sena 2020. MSC MERAVIGLIA bħalissa qiegħed taħt kostruzzjoni fit-tarzna Chantiers de l’Atlantique f’St Nazaire, Franza.