F’żewġ stqarrijiet separati, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Freeport laqgħu l-proġett li ħa jsir biswit l-ajruport.
Is-Sibt li għadda, tħabbar il-proġett fejn se jibnew żewġ mini ġodda u flyover minflok ir-roundabout tal-Gudja.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ dan il-proġett għaliex dan il-proġett se jwassal għall-aċċess aħjar tat-terminal u anke s-sigurtà fit-toroq. Barra minn hekk, l-ajruport, fl-istqarrija tagħhom komplew jgħidu li din iż-żona hija l-ewwel u l-aħħar żona meta t-turist jiġi f’pajjiżna, allura se tħalli marka tajba bil-kwalità ta’ toroq aħjar.
Min naħa tagħhom, il-Freeport laqgħu dan il-proġett għaliex se jgħin lin-negozju tal-madwar. Bil-Kap Eżekkutiv tal-Freeport Alex Montebello qal kif dan il-proġett se jkun qed inaqqas it-traffiku min din iż-żona li jgħaddu għexieren ta’ nies minnha. Qal kif f’din iż-żona għandek fiha l-Freeport u l-Ajruport li huma żewġ strutturi importanti għall-ekonomija Maltija.