Fl-Italja, il-Ministru għat-Trasport Matteo Salvini ħabbar li l-ajruport ċentrali ta’ Milan Malpensa se jkun qed ibiddel ismu u jkun iddedikat għall-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi.
F’konferenza, il-Ministru Salvini qal li l-awtorità tal-avjazjoni ċivili Taljana laqgħet it-talba mir-reġjun ta’ Lombardija sabiex l-ajruport ta’ Milan Malpensa jbiddel ismu f’ġieħ Silvio Berlusconi.
Berlusconi, li miet is-sena l-oħra fl-età ta’ 86 sena, mexxa għal snin twal lill-Italja, kif ukoll kien wieħed mill-ikbar negozjanti Taljan ta’ kull żmien.