Għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta s-sikurezza u s-sigurtà huma prijorità assoluta, u t-tim ta’ pumpiera mħarrġin tal-ajruport joffru servizzi li ma jaqtgħux u li jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ ambjent sigur madwar it-terminal u fil-mitjar.
It-tim tas-servizzi ta’ Salvataġġ u Tifi tan-Nar (RFFS) tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa kompost minn 35 membru, il-ħidma ta’ liema tippermetti li l-uniku terminal tal-ajru f’Malta jopera f’konformità mar-rekwiżiti tas-salvataġġ u l-protezzjoni min-nar tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.
L-irwoli ta’ dan it-tim ivarjaw minn Kap tat-Tifi tan-Nar u Kap tal-Istazzjon, sa kmandant talekwipaġġ u pumpier, u filwaqt li wħud mill-membri tat-tim ingħaqdu mal-kumpanija reċentement, u għalhekk għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom, oħrajn jistgħu jitqiesu bħala veterani minħabba l-esperjenza li akkumluaw f’dan il-qasam matul is-snin.
Parti kbira mill-jum tal-pumpiera tal-ajruport tkun iddedikata għal taħriġ immirat li kull membru tat-tim ikun imħejji emozzjonalment, mentalment u fiżikament sabiex jagħmel ilparti tiegħu b’mod effiċjenti u fil-pront f’każ ta’ emerġenza. Wieħed mill-obbligi ta’ dan lekwipaġġ huwa li jikkontrolla sitwazzjonijiet ta’ emerġenza mill-aktar fis possibbli, biex b’hekk l-impatt fuq l-operat tal-ajruport u l-passiġġieri jkun minimu.
F’konformità mal-impenn tiegħu li jkompli jtejjeb il-livelli ta’ kompetenza tat-tim fil-qasam tas-salvataġġ u t-tifi tan-nar, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinvesti b’mod kontinwu f’inizjattivi ta’ taħriġ, bħall-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ tifi tan-nar. Barra minn hekk, ilkumpanija għamlet investiment reċenti f’uniformijiet tal-materjal PBI Gold, li ser jagħtu protezzjoni aħjar lill-pumpiera waqt xogħolhom, u ser tkun qed tinvesti wkoll fi tliet trakkijiet tat-tifi tan-nar tal-ogħla kwalità fiż-żmien medju.
Fil-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Pumpiera, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jirrikonoxxi kemm hu importanti r-rwol ta’ dan is-segment tal-forza tax-xogħol sabiex ilkumpanija tkun tista’ twettaq il-wegħda tagħha li tipprovdi esperjenza fl-ajruport sigura għal aktar minn 6.8 miljun passiġġier kull sena.