B’investiment ta’ €1.2 miljun, f’dawn l-aħħar 3 snin, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta investa f’sistema fotovoltajka li permezz tagħha se żżid il-kapaċità tal-kumpanija li tiġġenera enerġija nadifa b’aktar mit-triplu ta’ dik li kienet qabel.
L-investiment tal-ajruport fil-pannelli fotovoltajċi huwa biss wieħed mill-miżuri li lkumpanija ħadet reċentement sabiex tkun aktar ambjentalment sostenibbli, b’inizjattivi oħrajn jinkludu s-sostituzzjoni gradwali ta’ tidwil u tagħmir eżistenti b’alternattivi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sostituzzjoni ta’ vetturi.
Dan huwa parti mill-ftehim li sar mal-industrija tal-avjazzjoni, fejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ffirma r-riżoluzzjoini ta’ Airport’s Council International (ACI) Europe. Din ir-riżoluzzjoni ta’ tistipula li lindustrija għandha tilħaq newtralità fir-rigward ta’ emissjonijiet tal-karbonju li huma fil-kontroll tagħha sa mhux aktar tard mill-2050. Barra minn hekk, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa membru tal-Programm ta’ Akkreditazzjoni tal-Karbonju ta’ ACI fil-livell tal-immappjar.