Aġġornament
Fi stqarrija l-Air Malta avżat lill-passiġġieri tagħha li l-ajruport ta’ Katanja se jibqa’ magħluq sa’ għada 6:00 ta’ filgħodu.
It-titjiriet ikkanċellati huma dawn:
- 14ta’ Awwissu KM640 Malta lejn Catania
- 14ta’ Awwissu KM641 Catania lejn Malta
- 14ta’ Awwissu KM644 Malta lejn Catania
- 14ta’ Awwissu KM645 Catania lejn Malta
- 14ta’ Awwissu KM642 Malta lejn Catania
- 14ta’ Awwissu KM643 Catania lejn Malta
Aktar Qabel
L-ajruport ta’ Katanja ngħalaq sas-siegħa ta’ waranofsinhar minħabba żbroff tal-vulkan Etna.
Dan intqal fi stqarrija li ħarġet l-Air Malta wara li ġew affetwati żewġ titjiriet li kellhom isiru dalgħodu.
L-Air Malta qalet li t-titjiriet se jitilqu sitt igħat aktar tard milli ppjanat.
It-titjiriet huma KM640 minn Malta għal Katanja u KM641 lura.
Intqal li l-passiġġieri se jingħataw x’jieklu fiż-żewġ ajruporti waqt li jkunu qed jistennew.
Il-passiġġieri li kellhom titjira dalgħodu ntalbu jikkomunikaw mal-linji tal-ajru li kellhom itiru magħhom.