Titjiriet li kienu skedati biex jitilqu mill-Ajruport ta’ Heathrow f’Londra tħassru wara li ntlemaħ drone fl-inħawi.
Kelliema għall-aktar ajruport bieżel fl-Ingilterra qalet li t-tmexxija tal-ajruport qed taħdem mal-Pulizija biex tkun imwaqqfa kwalunkwe theddida lis-sigurtà. Qalet ukoll li xi titjiriet se jibqgħu mħassra sakemm ikunu għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.