L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa li jirrikonoxxi, id-dokumenti diġitali li huma neċessarji biex wieħed jidħol f’Malta.
Din id-deċiżjoni tinkludi wkoll iċ-ċertifikat tal-vaċċin tar-Renju Unit u dak imqabbad mas-sistema tal-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali Malti, intqal li din id-deċiżjoni, hija pass fid-direzzjoni t-tajba, li hija mistennija li tikkontribwixxi biex dawk li jiġu Malta jkollhom esperjenza aħjar.
Madankollu huwa mistenni li fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, xorta jkun hemm passiġġiera mingħajr dokumenti, jew bid-dokumenti stampati.
Għaldaqstant rappreżentati tal-Saħħa Pubblika jkollhom jagħmlu l-verifika b’mod manwali.
Għalhekk, qed isir l-appell biex il-passiġġiera fejn hu possibbli jippreżentaw dokumenti diġitali.
Wieħed jista’ jikseb iżjed informazzjoni dwar id-dokumenti neċessarji u aktar informazzjoni marbuta mal-Covid-19, minn fuq is-sit: maltairport.com/covid19/