L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li, fil-jum tal-lum, laħaq iċ-ċifra ta’ tmien miljun passiġġier li għaddew minnu mill-bidu ta’ din is-sena.
F’sena oħra, li diġà qed tindika li se tkun waħda rekord għat-turisti li jaslu f’pajjiżna, dan l-ammont jiġbor ukoll lil ta’ dawk kollha li għamlu vvjaġġaw bl-ajru fid-dħul jew ħruġ mill-pajjiż, u allura inklużi anke Maltin u Għawdxin, li jmorru għall-btajjel tagħhom barra l-pajjiż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li rringrazzja lil kull passiġġier f’dan il-moviment deskritt bħala mira importanti fl-istorja tiegħu, l-Ajruport irringrazzja lit-tim kollu li jaħdem fi ħdanu u s-stakeholders tiegħu.