Il-Kunsill Internazzjoanli tal-Ajruporti, l-ACI, irrikonoxxa ħidmet l-ajruport Malti permezz ta’ programm li tnieda mill-Kunsill b’rabta mal-esperjenza tal-konsumatur. Dan il-programm huwa maħsub biex jevalwa l-ajruporti fuq tmien binarji dwar l-esperjenza tal-konsumatur, fosthom: l-għarfien dwar il-konsumaturi, l-innovazzjoni tas-servizz u l-kultura tal-ajruport. Kif ukoll jiggwida lill-parteċipanti sabiex jadottaw l-aqwa prattiki fl-industrija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, issa li nkiseb l-ewwel ċertifikat ta’ akkreditazzjoni, l-ajruport Malti jista’ jkompli javvanza fil-programm b’livelli ogħla ta’ akkreditazzjoni. Dan l-avvanz jista’ jsir jekk l-ajruport juri l-impenn għat-tfassil ta’ esperjenzi aħjar fl-operat tiegħu.
Matul dan l-aħħar snin l-ajruport Malti ħa diversi inizjattivi sabiex itejjeb is-servizzi tiegħu fosthom: titjib fil-faċilitajiet tat-termainal, seating area aħjar u t-tneħħija tal-miżata għall-użu tat-trolleys.