Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spjega dwar kif bħalissa qed jinvesti €1.6 miljun f’rinovazzjoni tas-Sistema tal-Inżul Strumentali, li tipprovdi lill-bdoti bi gwida waqt li jkunu waslu biex jagħmlu l-inżul tagħhom.
Huma qalu kif ir-runway li tħares fid-direzzjoni tat-Tramuntana se tibqa’ disponibbli, madankollu, minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp xi titjiriet li se jkunu qed jiġu fid-direzzjoni lejn Malta kellhom jibdlu r-rotta. Fil-frattemp, wasliet oħra minn Eidenhoven, Gerona u fost l-oħrajn Pariġi, għamlu l-inżul tagħhom.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li qed jagħmel kull sforz biex jiżgura li x-xogħolijiet jitlestew kemm jista’ jkun malajr. Huma skużaw ruħhom mal-passiġġieri li kienu affettwati għal kull inkonvenjenza li kkawzaw.