Fl-2017, iktar minn 700,000 kafè inbiegħ mill-ħwienet tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan ħareġ minn stħarriġ li għamlet l-MIA dwar l-attività fl-ajruport tul is-sena li għaddiet.
Instab ukoll, li grazzi għal stabbilimenti li joffru alternattivi sani ta’ ikel u xorb, fl-ajruport ingħasru madwar 13,520kg frott biex jipproduċu smoothies friski għall-passiġġieri.
Filwaqt li bosta passiġġieri jgħaddu l-ħin fuq l-internet permezz tal-Wi-Fi b’xejn u jsegwu dak li jkun qed jiġri ta’ kuljum onlajn, oħrajn għadhom jippreferu l-gazzetti stampati. Fil-fatt, madwar 290 gazzetta jinbiegħu ta’ kuljum mill-ħwienet differenti tal-ajruport.
Hi x’hini l-preferenza tagħhom dwar kif isegwu l-ġrajjiet kurrenti, huwa ċar li l-vjaġġaturi kollha għandhom l-istess imħabba lejn iċ-ċikkulata. Ċerta li din mhux sorpriża għalikom, iżda qatt ħsibtu li matul is-sena li għaddiet, minn ħanut wieħed biss fl-ajruport, inbiegħu ’il fuq minn 671,000 ċikkulata?
Fl-istess ħin, madwar 800 oġġett jintilef ta’ kull sena fl-ajruport, b’xi passiġġieri saħansitra jinsew ħwejjeġ bħal televixins ta’ 65 pulzier u drones li jiswew ħafna flus. Il-maġġoranza tal-passiġġieri li jħallu xi ħaġa warajhom jagħmlu kuntatt mal-ajruport biex jistaqsu jekk tkunx instabet.
It-tim, fil-fatt, iwieġeb madwar 4,600 mistoqsija onlajn fis-sena, liema domandi jvarjaw minn “Ma sibtux il-ġugarell favorit ta’ binti ta’ tliet snin?” għal “Nista’ nġorr imħuħ ta’ ġrieden fil-bagalja tiegħi għal skop ta’ riċerka barra minn Malta?”