L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jiċċelebra pass importanti fil-vjaġġ ambjentali tiegħu hekk kif ingħaqad ma’ 40 ajruport Ewropew fit-tieni livell tal-Airport Carbon Accreditation Programme tal-Kunsill tal-Ajruporti Internazzjonali.
Dan wara li l-ajruport ippreżenta dokumentazzjoni estensiva li turi t-tnaqqis tal-emissjonijiet, fejn wera kif għal kull passiġġier fl-2019 kienet madwar 30% aktar baxxa mill-intensità medja tat-tliet snin ta’ qabel.
Apparti minn hekk, l-intensità tal-emissjonijiet ta’ 0.71kg ta’ CO2 għal kull passiġġier, kienet madwar nofs l-intensità medja tal-ajruporti Ewropej membri fl-istess programm.
Bejn l-2016 u l-2020, l-investiment tal-Ajruport fi proġetti ambjentali, laħħaq madwar €5 miljun fosthom l-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajċi.
Liema panelli ġġeneraw aktar minn 2,100,000 kWh ta’ enerġija nadifa fl-2020.
L-Ajruport qed jimmira li jilħaq in-newtralità karbonika sal-2050.