L-ajruport internazzjonali ta’ Malta investa f’vettura ġdida tat-tifi tan-nar mill-Awstrija tal-għamla Rosenabuer Panther 8×8. Dan bħala parti minn investiment sħiħ ta’ 2.9 miljun ewro f’modernizzar tal-flotta ta’ vetturi ta’ tifi tan-nar.
Filfatt, flimkien ma’ din il-vettura ġdida, fl-2021 ser ikunu ordnati wkoll żewġ vetturi tal-għamla Panther 6×6. L-introduzzjoni ta’ dawn il-vetturi moderni b’għadd ta’ funzjonijiet ġodda ser tara lit-tim ta’ salvataġġ u tifi tan-nar tal-ajruport jirrispondi għall-emerġenzi differenti b’aktar ħeffa u effiċjenza.
Wara l-introduzzjoni ta’ dawn il-vetturi, l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fassal programm ta’ taħriġ sabiex it-tim tas-salvataġġ u t-Tifi tan-nar fl-ajruport jgħarraf juża dawn il-vetturi u jisfrutta l-funzjonijiet kollha li joffru.
Dan l-investiment ser ikompli jipprovdi ambjent sigur għall-passiġġieri u l-viżitaturi kollha.