Id-dehra mlewna tal-ajruplani tal-Air Malta qed tkompli tirbaħ premjijiet prestiġjużi madwar id-dinja.
Din id-darba, il-linja tal-ajru Maltija rebħet it-taqsima tal-“Linja tal-Ajru bl-Aqwa Dehra tal-Ajruplani” matul l-avveniment tal- Premji tal-2016 tal-ajruport Sheremetyevo ta’ Moska.
“Il-Linja tal-Ajru Maltija hija ferm kuntenta li d-dinja tirrikonoxxi d-dehra tassew speċjali tal-Air Malta. Ispirata mill-kultura għanja u mill-popolazzjoni tant dħulija, l-ajruplani huma estensjoni tal-Gżejjer Maltin u jintgħarfu madwar id-dinja. L-Air Malta trid li n-nies iħossuhom li waslu Malta malli jaraw l-ajruplani tal-kumpanija fl-ajruporti madwar id-dinja”, qal Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta.