L-arjuplan li ġġarraf nhar is-Sibt li għadda kien ilu wieqaf minn Marzu u reġa’ beda jintuża fit-22 ta’ Diċembru. Uffiċjali qalu li l-ajruplan għadda mill-ispezzjonijiet li saru x-xahar l-ieħor u minn investigazzjonijiet preliminari nstabu li l-ajruplan baqa’ jaħdem hu u jiġġarraf.
Timijiet ta’ tfittxija diġà sabu xi partijiet mill-ajruplan kif ukoll katavri filwaqt li huma qed jaħsbu li jafu fejn huma allokati l-kaxxi s-sewda.
Il-Kap tal-Operazzjoni għat-Tfittxija qal li din l-operazzjoni se tibqa’ għaddejja lejl u nhar biex il-vittmi jinstabu malajr kemm jista’ jkun.
Uffiċjali Indoneżjani qalu li l-ewwel vittma, Okky Bisma membru tal-ekwiġaġġ ta’ 29 sena, ġiet identifikata permezz tal-marki tas-swaba.
Bħalissa hemm madwar 2,600 persuna tgħin fit-tfittix għall-vittmi.