Investigaturi Indoneżjani qalu li l-ajruplan tal-linja tal-ajru Lion Air li ġġarraf ix-xahar li għadda u ħalla mejta 189 persuna, ma kienx fi stat li jopera titjiriet.
Rapport preliminari sab li kienu ġew irrappurtati problemi tekniċi dwar dan l-ajruplan f’numru ta’ titjiriet oħra.
Irrimarka li jidher li l-linja tal-ajru ddeċidiet li tkompli topera t-titjiriet b’dan l-ajruplan minkejja li kienet taf li kellu xi problemi.
L-ajruplan tat-tip Boeing 737 Max iġġarraf fil-baħar Java fid-disgħa u għoxrin t’Ottubru ftit wara li telaq minn Jakarta.