Il-linja Nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ċaħdet kategorikament li qed tikkomprometti mas-sigurtà li żammet fl-operat tagħha tul dawn l-aħħar 45 sena.
Fi stqarrija l-Air Malta wieġbet lill-unjin tal-bdoti, l-ALPA u tenniet li l-assessjar meħtieġ dwar is-sigurtà tal-operat tal-kumpanija qed isir hekk kif is-sitwazzjoni għadha qed tevolvi.
L-Air Malta sostniet li ma tifhimx l-atteġġjament tal-ALPA wara d-dikjarazzjoni tal-istess unjin, li qed tipprova ttappan ir-reputazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru.
L-Air Malta tenniet li tinsab miftuħa għal diskussjonijiet sabiex jintlaħaq ftehim li jassigura s-sostenibilità u l-vijabbilità tal-kumpanija filwaqt li tissalvagwardja l-impjiegi.