It-titjira tal-Air Malta KM329 li kellha titlaq mill-Ajruport ta’ Frankfurt lejn Malta kellha tiġi kkanċellata minħabba li l-ajruplan żviluppa ħsarat tekniċi. Kawża ta’ dan il-kumpanija provdiet akkomodazzjoni lill-passiġiera u ekwipaġġ li kienu se jtiru fuq dan l-ajruplan. It-titjira mistennija tiġi operata aktar tard matul il-jum u mistennija tasal Malta għall-ħabta tas-14:00.
L-Air Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq.