L-Air Malta ħabbret li għadha kif ġiet rikonoxxuta bħala wieħed mir-rebbieħa mit-TripAdvisor Travellers’ Choice Awards għall-linji tal-ajru reġjonali tas-sena 2018. Is-sit rinomat Trip Advisor għażlet l-aktar linji tal-ajru li kellhom kummenti pożittivi minn passiġġieri madwar id-dinja fuq perjodu ta’ 12-il xahar.
Ic-chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion laqa’ din l-aħbar u saħaq li l-linja tal-ajru Nazzjonali se tibqa taħdem qatigħ sabiex tkompli tgħolli l-livell tas-servizzi offruti mill-kumpanija.
Minn naħa tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan ir-rikonoxximent ġie fi fl-aħjar żmien għall-kumpanija hekk kif għadha kif imbarkat fuq l-istrateġija ta’ tkabbir fejn din is-sena il-kumpanija se topera 4,000 titjira aktar mis-sena l-oħra. Fix-xhur li għaddew l-Air Malta nediet 14-il destinazzjoni ġdida li se jkomplu jwasslu lill-Air Malta sabiex issir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Bryan Saltzburg minn TripAdvisor spjega kif it-Travellers Choice awards qegħdin hemm sabiex jirrikonoxxu l-linji tal-ajru li jeċċedu l-aspettazzjonijiet tal-passiġġieri li jivjaġġaw bihom.