L-Air Malta ħabbret l-iskeda tat-titjirijiet għax-xahar ta’ Mejju fejn se jiżdied l-ajruport ta’ Orly f’Pariġi.
B’hekk minn Mejju se jkun hemm sitta u għoxrin titjira fil-ġimgħa lejn ħdax il-destinazzjoni differenti.
Roy Kinnear, il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta saħaq li saret żieda ta’ ajruport ieħor fi Franza, barra dak ta’ Charles De Gaulle, għaliex żdiedet id-domanda mis-suq Franċiż.
Saħaq li l-Air Malta qed issegwi u taddatta b’mod kontinwu l-iskeda tagħha sabiex dejjem tiżgura l-konnettività essenzjali tal-passiġġieri u tal-merkanzija.
Barra Pariġi, f’Mejju l-Air Malta se tkun qed ittir lejn, l-Italja, l-Ġermanja u r-Renju Unit fost oħrajn.
Il-linja nazzjonali tal-ajru mistennija wkoll tħabbar dalwaqt l-iskeda tas-sajf.