L-Air Malta offriet pakkett soċjali lil ħaddiema tagħha fiċ-ċirkostanzi preżenti fejn kull linja tal-ajru fid-dinja ntlaqtet mill-imxija tal-Coronavirus.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li f’din is-sitwazzjoni diffiċli l-kumpanija offriet paga soċjali ta’ elf u mitejn ewro lil ħaddiema kollha li jinsabu fuq kuntratt definit u indefinit.
Intqal li l-inġiniera approvaw din l-offerta filwaqt li l-unjin li tirrappreżenta lil membri tal-ekwipaġġ m’aċċettawx dan.
Apparti minn hekk il-unjin tal-bdoti, l-ALPA ma weġbitx għall-offerta.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Airmalta, il-Kaptan Clifford Chetcuti spjega li f’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni, il-linja nazzjonali tal-ajru infurmat lid-Direttur tax-Xogħol li għandha l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-membri tal-ekwipaġġ u l-bdoti.