L-Air Malta se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa lejn il-belt affaxxinanti Franċiża ta’ Lourdes kull nhar ta’ Tnejn u kull nhar ta’ Ġimgħa matul is-sajf mill-29 ta’ Ġunju 2018.
Ir-rotta l-ġdida tħabbret ilbieraħ mic-Chairman tal-Air Malta, Dr Charles Mangion, matul il-ftuħ tal-AMITEX, il-fiera annwali tal-ivvjaġġar organizzata fl-MFCC.
Lourdes, li tinsab fil-Pirinej, huwa post ta’ spiritwalità u meqjus bħala laktar santwarju ta’ fejqan importanti fid-dinja, imdawwar b’xenarju rurali ta’ sbuħija impressjonanti. Lourdes hija waħda mill-aktar destinazzjonijiet importanti għat-turiżmu tal-pellegrinaġġi u għatturiżmu reliġjuż li jagħmilha t-tieni l-aktar ċentru tat-turiżmu importanti fi Franza.
Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet fuq http://www.airmalta.com, billi jċemplu liċ-Ċentru Telefoniku tal-Air Malta fuq +356 21662211 minn Malta jew fuq 0826 102223 minn Franza, mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mill-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fi Franza.