Fuq parir tal-Awtoritajiet tas-Saħħa l-Air Malta qiegħda tissospendi t-titjiriet kummerċjali kollha. Dan bil-għan li ma tibqax tinxtered il-coronavirus.
L-Air Malta appellat li dawk il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż għandhon jikkuntattjaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fuq 356 22042200 jew permezz ta’ email fuq sitcen.mfea@gov.mt.
Dawk il-barranin li jinsabu hawn Malta għandhom jagħmlu kuntatt mal-ambaxxati rispettivi tagħhom.
Dawk il-klijenti li se jivvjaġġaw fil-jumejn lin ġejjin jistgħu iċċemplu fuq 25991230 għal aktar informazzjoni rigward il-biljetti.
Filwaqt li klijenti li mhumiex se jsiefru fil-jumejn li ġejjin jistgħu jibgħatu email fuq refundrequest@airmalta.com biex jitolbu għal rifużjoni.