Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħabbret li matul x-xahar li għadda ġarret rekord ta’ passiġġieri, jiġfieri 148,500, passiġġier. Dan ifssier 5% aktar meta mqabbel mal-istes xahar is-sena li għaddiet.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li fl-istess xahar, id-dħul tagħha żdied b’9% minħabba l-fatt li l-klijenti xtraw aktar prodotti disponibbli minn fuq it-titjira stess.
F’Novembru li għadda s-swieq bl-aħjar prestazzjoni jinkludu Franza, il-Belġju, l-Iżvizzera, l-Iżrael, Praga, il-Portugall u t-Tuneżija.
Iċ-Chairman tal-Air Malta, Charles Mangion qal li din it-trasformazzjoni tal-linja tal-ajru se tkompli tintroduċi żviluppi diġitali ġodda, kif ukoll sħubija mad-ditti PaxPort u TravelFusion li qed jagħmlu l-prodotti tal-Air Malta disponibbli għall-Aġenziji tal-Ivvjaġġar.