Il-kumpanija Air Malta ġiet avżata mill-Assoċjazzjoni tal-Airline Operations Controller (AAOC), li tirrapreżenta mat-12-il ħaddiem, li se tmur immedjatament għal azzjonijiet industrijali kontra l-kumpanija. Dan sostnietu l-kumpanija permezz ta’ stqarrija.
Dawn l-azzjonijiet qed isiru minħabba li l-AAOC mhix preżentement rikonoxxuta bħala unjin li esklussivament tirrapreżenta din il-parti żgħira mill-ħaddiema tal-kumpanija. Il-bieraħ wara nofsinhar, saret laqgħa bejn l-AAOC, il-Ministeru tatTuriżmu u l-Air Malta, fejn il-partijiet iddiskutew il-kwistjoni. Ilkumpanija tqis li ġaladarba hemm unjin oħra li qed issostni li tgawdi rrikonoxximent tal-workforce kollu, l-kwistjoni trid tkun deċiża mitTribunal Industrijali. Madankollu, l-AAOC qed tippretendi rikonoxximent immedjat.
L-azzjonijiet industrijali mħabbra mill-AAOC jistgħu iwaqqfu ħesrem loperat tal-kumpanija, u huma potenzjalment ta’ detriment għallkumpanija u għat-turiżmu in ġenerali. Azzjonijiet estremi bħal dawn mill-AAOC, f’dan il-mument kruċjali tal-kumpanija, u issa fl-eqqel talistaġun turistiku, huma irresponsabbli, u huma illegali.
Għalhekk, lAAOC ser tinżamm responsabbli ta’ għemilha, b’rispett lejn il- ħaddiema tal-Air Malta li qed jistinkaw b’lealtà kbira lejn il-post taxxogħol. Aktar kmieni, il-Gvern kien offra illi sakemm tingħata deċizjoni mitTribunal Industrijali dwar ir-rikonoxximent ta’ unjin għall-airline operations controller, il-partijiet f’din it-tilwima jinżammu infurmati tul ilproċess kollu li għaddej bhalissa biex l-Air Malta terga’ tqum fuq saqajha.
Madankollu, l-AAOC ħesrem ħabbret l-azzjonijiet industrijali. L-Air Malta u l-Gvern ser ikunu qed jilqgħu bil-mezzi kollha possibbli għal din l-azzjoni irresponsabbli tal-AAOC u ser jagħmlu minn kollox biex il-passiġġieri ma jiġux affetwati, fejn dan huwa possibbli.