L-Air Malta kompliet tħejji għall-eventwalita ta’ strajk tal-piloti fejn nistgħu nikkonfermaw li għadhom kif waslu Malta żewġ ajruplani wet leased. Dan ifisser ajruplan mikri bl-ekwipaġġ b’kollox.
Mhux eskluż li dan in-numru jiżdied għal 6 fil-każ li l-bdoti jistrajkjaw.
Dan jista’ jseħħ jekk il-bdoti jibqghu ma jaqblux mal-pakkett finanzjarju li qed jiġu offruti. Pakkett li jfisser li l-First Officers jaraw żieda ta’ €70,000 u l-Piloti jaraw żieda ta’ aktar minn €100,000.
Fi stqarrija maħruġa dalgħodu l-Air Malta serrħet ras il-klijenti li qed tħejji għal kull eventwalita sabiex l-iskeda ma tiġix affettwata.