Fi stqarrija l-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, ħabbret li kkanċellat parti mit-titjriet minn u lejn l-Ajruport ta’ Katanja.
B’kollox ħassret għaxar titjiriet minn u lejn Katanja mil-lum 26 ta’ Lulju sal-31 ta’ Lulju wara struzzjonijiet mogħtija lill-Air Malta mill-ajruport stess.
Il-linja tal-ajru stqarret ukoll li dawk li jixtiequ jibbukkjaw titjira oħra jistgħu jċemplu fuq 21662211, filwaqt li dawk li jixtiequ jingħataw lura l-flus għandhom jibgħatu email fuq refundrequest@airmalta.com.
L-Air Malta skużat ruħha għall-inkonvenjenzi li setgħu inħolqu filwaqt li qalet kif iċ-ċirkustanzi mhumiex fil-kontroll tagħha.