B’ċelebrazzjoni għaż-żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħha l-Air Malta nediet skont ta’ massimu ta’ 30% fuq it-tariffi tal-prodott tagħha Go Smart.
Dan l-iskont ser ikun applikabbli fuq 23 rotta għal ġimgħa sat-28 ta’ Mejju 2018.
Il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta Paul Sies, ikkumenta fuq din il-promozzjoni u esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għaż-żieda fil-bejgħ li gawdiet minnha l-kumpanija.
Sostna li “Aħna tassew kuntenti li biegħejna 30% aktar postijiet meta mqabbel mas-sena li għaddiet. L-istrateġija tattkabbir tagħna li noffru aktar frekwenzi għar-rotot stabbiliti tagħna u lintroduzzjoni ta’ 19-il rotta ġdida madwar l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u lLvant Nofsani qiegħda tagħmel lill-Gżejjer Maltin aktar aċċessibbli u attraenti għal vjaġġaturi fuq divertiment u negozju. Dan is-suċċess juri l-impenn sħiħ tagħna u l-appoġġ kontinwu tagħna għall-industrija tatturiżmu lokali u għal interessi ekonomiċi oħrajn billi żżid il-konnettività għall-Gżejjer Maltin permezz tal-introduzzjoni ta’ servizzi skedati ġodda għall-Ajruporti ewlenin.”
It-titjiriet applikabbli għal dan l-iskont huma titjiriet magħżula lejn u minn Amsterdam, Brussell, Pariġi Charles De Gaulle, Pariġi Orly, Lyon, Marsilja, Tunis, Casablanca, Tel Aviv, Londra Gatwick, Munich, Frankfurt, Katanja – Vjenna, Fiumicino, Katanja, Linate, Venezja, Palermo, Comiso, Londra Southend, Cagliari, Katanja – Londra Southend u Cagliari – Londra Southend.
Din l-offerta hija valida wkoll għal vjaġġar fix-xhur popolari tas-sajf, mill-1 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018 fuq it-tariffi kollha ta’ Go Smart.