Fi stqarrija li ħarġet l-Air Malta irreferiet għal ċerti rapporti allarmanti fl-istampa lokali dwar id-dewmien fit-titjiriet li sofriet il-linja tal-ajru fil-aħħar jiem. Dawn ir-rapporti huma
fattwalment inkorretti u huma intenzjonati li jagħmlu ħsara mhux meħtieġa lir-reputazzjoni tajba tal-linja tal-ajru.
Is-sigurtà hija prijorità għal-Air Malta u dan qatt mhu se jinbidel, sostniet l-Air Malta. Il-linja tal-ajru topera madwar 250 titjira fil-ġimgħa. Huwa minnu li fl-aħħar jiem il-linja tal-ajru sofriet ftit dewmien f’tijiriet li kellhom effett fuq titjiriet oħra.
Uħud mid-dewmien fit-titjiriet kien minħabba natura teknika fejn l-ajruplan kellu bżonn li jkun iċċekkjat mill-inġiniera qabel itir. Din hija proċedura normali li tinstab f’kull linja tal-ajru.