F’April tal-1977, il-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta kienet għamlet l-ewwel titjira tagħha lejn Vjenna, KM132, permezz tal-ajruplan tat-tip Douglas DC-9. Illum il-ġurnata, ttir mas-seba’ darbiet fil-ġimgħa lejn il-kapitali Awstrijakka.
L-anniversaju kien iċċelebrat minn rappreżentanti tal-Air Malta u dawk mill-Ajruport Malti u dak Awstrijak.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajurport ta’ Vjenna Julian Jäger irrimarka kif matul ir-relazzjoni li kibret bejn il-pajjiżi matul dawn il-45 sena speċjalment fejn jidħol it-turiżmu, filwaqt li awgura aktar ħidma bejn id-destinazzjonijiet.
Alan Tune, Uffiċjal Għoli tal-Air Malta fakkar kif Vjenna kienet waħda mill-ewwel destinazzjonijiet li l-kumpanija għażlet li ttir lejhom u kif tul il-45 sena il-linja tal-ajru ġarret mal-miljun u nofs passiġier.