L-Air Malta tibda topera ir-rotta Katanja – Vjenna wara l-waqfien tal-linja tal-ajru Niki.
Illum l-Air Malta inawgurat is-servizz skedat il-ġdid tagħha bejn Katanja u l-Ajruport ta’ Vjenna. Din ir-rotta tfisser ritorn għat-titjiriet bejn ibliet Ewropej mill-Linja Nazzjonali Maltija u hi pass importanti lejn l-istrateġija ta’ tkabbir biex issir il-linja tal-ajru tal-Gżejjer Mediterranji.
Is-servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa qed jiġi introdott wara li Niki rtirat minn dan is-suq popolari, u ħalliet lil eluf ta’ nies mingħajr għażla biex jivvjaġġaw