L-Air Malta ħabbret li l-iskeda ta’ għada t-Tlieta lejn l-Italja se jkunu normali hekk kif tħassar l-istrajk tal-kontrolli tat-traffiku tal-ajru.
It-titjiriet skedati għat-Tlieta KM640/1 u KM642/3 minn Malta għal Katanja, KM624/5 minn Malta għal Milan Linate u KM612/3 minn Malta għal Ruma reġgħu lura għan-normal.
Il-linja nazzjonali tal-ajru qed titlob lill-passiġġieri affettwati jikkuntattjaw il-call centre fuq in-numru 25991230.