Għal-ħabta tal-erba’ neqes ħamsa, waslet f’pajjiżna l-ewwel titjira tal-AirMalta minn Palermo. Din hija linja ġdida għall-linja Nazzjonali ta’ Malta.
Ġarret lejn pajjiżna madwar 60 passiġġier. It-titjira se tkun disponibbli t-Tnejn u l-Ħamis. Dan bħala parti mill-istrateġija biex l-aċċessibilita’ lejn pajjiżna tiżdied.