L-Air Malta se terġa’ tibda ttir lejn Berlin Tegel mill-aħħar ta’ Ottubru li ġej b’żewġ frekwenzi skedati fil-ġimgħa kull nhar ta’ Erbgħa u kull nhar ta’ Ħadd.
Dan tħabbar illum mill-Ministru għat-Turiżmu Dr Konrad Mizzi waqt il-fiera tal-ITB ta’ din is-sena f’Berlin, il-fiera kummerċjali tal-industrija tat-turiżmu li kull sena tattira 109,000 viżitatur u 10,000 eżibitur.
Il-fiera fetħet din il-ġimgħa u tibqa’ għaddejja sal-Ħadd, 11 ta’ Marzu.
Tista’ tikseb aktar informazzjoni fuq www.airmalta.com, billi ċċempel lill-Call Centre tal-Air Malta fuq +356 21662211 minn Malta jew 01806 203040 mill-Ġermanja.