Matul il-jum tat-Tnejn, il-linja nazzjonali tal-ajru kellha tliet titjiriet chartered fi żmien siegħa minn xulxin, lejn il-belt ta’ Kristensand, fin-Norveġja.
It-titjiriet lejn fejn hemm port importanti fin-Norveġja ġew ikkummissjonati mill-kumpanija Viking Cruises.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet li s-suq tat-titjiriet charter huwa wieħed importanti li jkabbar in-negozju tal-kumpanija tal-ajru.
Fost l-oħrajn, fl-aħħar xhur, l-Air Malta kellha żewġ titjiriet chartered lejn Dublin fl-Irlanda.
Dan biex jiġu ħaddiema ta’ produzzjoni li kienet se tinġibed f’Malta minn Latina Pictures.
Sussegwentament, l-Air Malta ħadet lil dawn il-persuni lejn il-gżejjer Kanarji biex il-produzzjoni tkompli tinġibed hemmhekk.
Dan apparti li l-Air Malta ntużat ukoll mit-tim nazzjonali tal-futbol tal-Armenja għal-logħob li kellu fl-Iżvizzera, l-Iżvezja u l-Kroazja.