Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, appellat lill-unjin tal-bdoti l-ALPA biex ma tibqax taġixxi b’attitudni li tfixkel.
B’reazzjoni għal stqarrija li ħarġet l-ALPA aktar kmieni llum, l-Air Malta qalet li qed tagħmel l-almu tagħha biex tirkupra wara l-pandemija u tissalvagwardja l-impjiegi anki tal-bdoti, iżda nnotat li l-unjin tal-bdoti qed tkompli tipperikola l-operat tal-Air Malta b’tgħawwiġ tal-fatti u dikjarazzjonijiet żbaljati.
Iċċarat li assolutament m’hemm l-ebda kwistjoni ta’ sigurtà meta żewġ bdoti jtiru flimkien, u fil-fatt dan huwa approvat mir-regolatur u l-proċeduri tat-titjiriet.
L-Air Malta appellat lill-ALPA biex tieqaf taġixxi b’attitudni li tfixkel u tħalli lill-bdoti tal-kumpanija jagħmlu xogħolhom mingħajr pressjonijiet bla bżonn.