Il-linja tal-ajru Air Malta ser tkun qed tibgħat l-katavru tal-vittma Dan Ftepan Udrea lura lejn r-Rumanija b’xejn.
Stqarr dan iċ-Chairperson tal-Air Malta s-Sur Charles Mangion waqt il-programm Dissett.
Il-vittma Dan Udrea tilef ħajtu traġikament wara li siġra waqgħet fuq il-vettura tiegħu tat-tip Nissan kawża tal-maltemp qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-10 ta’ Frar. L-inċident seħħ waqt li Udrea kien jinsab isuq fi Triq Notabile, l-Imrieħel.
L-istaff ġewwa d-dipartiment tal-Emerġenza kien minn tal-ewwel li ħa l-inizjattiva sabiex il-katavru jintbagħat lura lejn ir-Rumanija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon ikkonferma li l-mira ntlaħqet f’inqas minn 12-il siegħa.
Il-komunità Rumena f’Malta ukoll jinsabu għaddejin bi ġbir ta’ fondi, bid-donazzjonijiet għadhom miftuħin sabiex jingħataw lill-membri tal-familja Udrea.
Dan Udrea kien deskritt minn nies qrib tiegħu bħala ħabib u bniedem mill-aqwa.